ABOUT
Għeżież Membri,
Fiż-żminijiet tal-lum, biex tmexxi għaqda volontarja bħalma hija Soċjeta'bħal tagħna, mhijiex xi ħaġa faċli. Il-ħajja li ngħixu llum hija mimlija distrazzjonijiet u firxa sħiħa ta’ sfidi li jagħmluha diffiċli mmens li membru jiddedika ħin adekwat għall-każin.
Għalhekk, waħda mill-isfidi ewlenin ta’ kull kumitat tibqa' dik li nżommu kuntatt magħkom il-membri, u viċi versa, billi norganizzaw affarijiet biex nibqgħu nattiraw l-attenzjoni tagħkom. Il-magażin ‘Il-Fuljett’, li jiġi ppubblikat tlett darbiet fis-sena, huwa sors ta’ informazzjoni mportanti li żgur huwa apprezzat ħafna mill-membri, speċjalment dawk lil hinn minn xtutna. Iżda fid-dinja tal-lum, il-midja soċjali hija strument importanti biex wieħed iżomm lill-membri aġġornati b’dak kollu li qed jiġri fis-Soċjeta’.
Ftit ta’ snin ilu, nhedejna l-facebook page tas-Soċjeta' li llum tlaħħaq fuq l-elf follower. Iżda dan mhux biżżejjed – għalhekk inħass il-bżonn li jerġa' jiġi aġġornat l-website tas-Soċjeta' biex nilħqu firxa ta’ nies aktar wiesgħa bl-intenzjoni li nkabbru dejjem aktar l-isem tas-Soċjeta' tagħna.
Inħeġġiġkom biex, minn issa 'l quddiem, tibdew taqraw u ssegwu dak kollu li jkun qed jiġri permezz ta’ dan is-sit biex tkunu tistgħu taġġornaw ruħkom rigward id-diversi avvenimenti li torganizza s-Soċjeta' bl-għan aħħari jkun li tipparteċipaw fihom.
Tislijiet,
Ivan.
![1-5DM_0609aaa[621].jpg](https://static.wixstatic.com/media/499b86_0df3d465d4be41c7869ccb3e83010e10~mv2_d_2244_1534_s_2.jpg/v1/fill/w_635,h_434,al_c,q_80,usm_2.00_1.00_0.00/1-5DM_0609aaa%5B621%5D.jpg)